Marsamxett Valletta Regatta Club

Marsamxett Valletta Regatta Club ​Marsamxett Valletta Regatta Club, established in 1968, has a longstanding tradition of representing Valletta in traditional Maltese rowing competitions.

The club has consistently participated in events such as the annual regattas in the Grand Harbour.

🎉 Il-Festa t-Tajba lill-komunità Beltija! 💙💛Marsamxett Valletta Regatta Club jawgura Festa t-Tajba lill-komunità Agostin...
20/09/2026

🎉 Il-Festa t-Tajba lill-komunità Beltija! 💙💛

Marsamxett Valletta Regatta Club jawgura Festa t-Tajba lill-komunità Agostinjana b’mod partikolari lill-parruċċani li f’dawn il-jiem qed jiċċelebraw din il-festa tant għażiża.

Nawguraw jiem ta’ ferħ, għaqda u barka lill-familji kollha Beltin. 🦁

Il-Festa t-Tajba! 🎆

🎉 Awguri lill-President tagħna, David Brydon! 💛💙Mill-ħidma bla waqfien fil-qawmien mill-ġdid tal-Klabb sat-tmexxija tieg...
15/09/2026

🎉 Awguri lill-President tagħna, David Brydon! 💛💙

Mill-ħidma bla waqfien fil-qawmien mill-ġdid tal-Klabb sat-tmexxija tiegħu bħala President, il-vjaġġ ta’ David dejjem kien wieħed ta’ dedikazzjoni, lealtà u mħabba lejn il-Marsamxett u l-kuluri isfar u blu.

Grazzi ta’ dak kollu li tagħmel għall-MXT.

Nawgurawlek saħħa, hena u ħafna suċċessi. Awguri f’għeluq sninek! 🎂

TISLIMA LIL LEĠĠENDA TAL-KANAL! 💛💙Dennis Thornton għadu kemm ħabbar li se jirtira mill-qdif — isem li jibqa’ għal dejjem...
14/09/2026

TISLIMA LIL LEĠĠENDA TAL-KANAL! 💛💙

Dennis Thornton għadu kemm ħabbar li se jirtira mill-qdif — isem li jibqa’ għal dejjem marbut mal-istorja ta’ Marsamxett Valletta Regatta Club.

Niftakru lil Dennis flimkien ma’ sħabu meta ferraħ lill-Beltin bl-ewwel Shield li qatt daħal fil-Belt Kapitali — mument storiku għall-klabb tagħna u għall-Beltin kollha.

Grazzi, Dennis, tal-impenn, tad-dedikazzjoni u tal-memorji sbieħ li qsamt ma’ sħabek u mal-klabb.

Darba tal-MXT, dejjem tal-MXT. Rispett, Dennis! 🟡🔵🦁

Awguri f’għeluq sninek, Martin Mallia! 🎉🟡🔵Il-Kumitat, il-qaddiefa u l-familja kollha tal-MXT jawgurawlek ġurnata sabiħa ...
12/09/2026

Awguri f’għeluq sninek, Martin Mallia! 🎉🟡🔵

Il-Kumitat, il-qaddiefa u l-familja kollha tal-MXT jawgurawlek ġurnata sabiħa mimlija ferħ. 🦁

Awguri Martin!

Prosit lill-Valletta MXT Boċċi Club għas-suċċess miksub u għall-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni fl-2027! 🟡🔵Naqsmu l-is...
10/09/2026

Prosit lill-Valletta MXT Boċċi Club għas-suċċess miksub u għall-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni fl-2027! 🟡🔵

Naqsmu l-istess kuluri, l-istess triq u l-istess passjoni għall-isport tradizzjonali u l-BELT. Prosit tassew! 👏🦁

Ir-realtà tal-Kategorija A—u pedament li fuqu rridu nkomplu nibnu. 🟡🔵🦁Ir-riżultati tagħna fir-Regatta tal-bieraħ:🥉 It-3 ...
09/09/2026

Ir-realtà tal-Kategorija A—u pedament li fuqu rridu nkomplu nibnu. 🟡🔵🦁

Ir-riżultati tagħna fir-Regatta tal-bieraħ:

🥉 It-3 post – Tal-Pass B, b’erba’ mqadef
4️⃣ Ir-4 post – Kajjikki
4️⃣ Ir-4 post – Fregatini
4️⃣ Ir-4 post – Tal-Midalji
🏁 Ir-4 post – Klassifika Aggregate tal-Kategorija A

L-ambizzjoni tagħna kienet li niksbu riżultati aħjar. Madankollu, ir-ritorn tagħna wriena r-realtà u l-livell għoli tal-Kategorija A. It-tliet klabbs li spiċċaw qabilna kienu aħjar minna dakinhar, b’ekwipaġġi b’esperjenza u strutturi li ilhom stabbiliti.

Nifirħu lis-Senglea Regatta Club għar-rebħ mistħoqq tax-Shield tal-Kategorija A, u flimkien mal Birgu Regatta Club għar-rebħ tax-Shield tal-Kategorija B, u lill-Kalkara Regatta Club għar-rebħ tax-Shield tan-Nisa.

Nifirħu wkoll lill-Kumitat Organizzattiv għat-titjib ċar fl-organizzazzjoni ġenerali tar-Regatta.

Il-Kategorija A mhijiex sfida biss mil-lat sportiv, iżda titlob ukoll struttura interna b’saħħitha. Il-Kumitat tagħna wera reżiljenza, determinazzjoni u għaqda, bl-għajnuna imprezzabbli tal-voluntiera, helpers, membri u benefatturi tagħna. Grazzi lil kull min, meta ħabbatna l-bieb tiegħu, sibnieh hemm għalina.

Pożittiv ieħor kien li rnexxielna nerġgħu npoġġu lill-klabb fuq il-mappa tal-midja nazzjonali u niġbru appoġġ qawwi mingħand il-Beltin—xi ħaġa li hija ħafna għal qalbna.

Ringrazzjament speċjali lill-isponsors tagħna—Valletta Ferry, Eurospin, 16DOT7 Labs, San Paolo Naufrago, 5 Beans Coffee Shop u San Giovanni Restaurant—talli emmnu fina u sostnewna matul din il-mixja.

Kburin bil-qaddiefa kollha u l-coxswains tagħna. Aċċettajna l-isfida u llum nafu aktar ċar x’inhu meħtieġ biex nitjiebu, nikbru u nikkompetu f’dan il-livell.

Il-ħidma tkompli.

GĦALL-ISFAR U L-BLU. GĦALL-BELT. 🟡🔵

📸 .marketing

Wasal il-Jum! 🟡🔵🦁Il-ħidma, is-sagrifiċċji u l-impenn tal-qaddiefa, tal-kumitat u tal-voluntiera kollha wassluna għal dan...
08/09/2026

Wasal il-Jum! 🟡🔵🦁

Il-ħidma, is-sagrifiċċji u l-impenn tal-qaddiefa, tal-kumitat u tal-voluntiera kollha wassluna għal dan il-mument. Kuraġġ lil kulħadd!

Agħtu kollox, żommu magħqudin u ġorru l-isfar u l-blu bi kburija.

GĦALL-ISFAR U L-BLU.
GĦALL-BELT.

MXT jifraħ lil Valletta Football Club għar-rebħ tal-BOV Super Cup! Prosit, Beltin! 🏆⚪🔴👏
07/09/2026

MXT jifraħ lil Valletta Football Club għar-rebħ tal-BOV Super Cup! Prosit, Beltin! 🏆⚪🔴👏

Għada, bħal dan il-ħin… 🟡🔵🦁It-tiġrijiet immarkati b’MXT huma dawk li fihom se jikkompeti l-klabb tagħna.GĦALL-ISFAR U L-...
07/09/2026

Għada, bħal dan il-ħin… 🟡🔵🦁

It-tiġrijiet immarkati b’MXT huma dawk li fihom se jikkompeti l-klabb tagħna.

GĦALL-ISFAR U L-BLU.
GĦALL-BELT.

Ilbieraħ, 6 ta’ Settembru 2026, ġiet organizzata l-Presentation Night għar-Regatta tal-Vitorja 2026 ġewwa Villa Bighi, i...
07/09/2026

Ilbieraħ, 6 ta’ Settembru 2026, ġiet organizzata l-Presentation Night għar-Regatta tal-Vitorja 2026 ġewwa Villa Bighi, il-Kalkara.

Avveniment sabiħ u ta’ suċċess. Prosit lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport, lill-Kumitat Organizzattiv, lil Regatta Malta u lill-klabbs kollha. 👏🚣‍♂️

Address

Triq Il-Lanca
Valletta

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Marsamxett Valletta Regatta Club posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Business

Send a message to Marsamxett Valletta Regatta Club:

Shortcuts

Share