Senglea Regatta Club

Senglea Regatta Club Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Senglea Regatta Club, Sports, Triq Nazzareno Mifsud (Habbrieki tar-regatta), Senglea.

This is the official page of
Senglea Regatta Club 🟡🔴
The most successful Regatta club with a record of 25 Aggregate Shield and a record of 12 Freedom Day Shield‼️
Current Champions of September Regatta and March Regatta👊🏼

🗣️Żommu l-Ħadd 4 ta’ Ottubru vojt‼️🗣️Għax bħal ma niċċelebraw aħna ħadd‼️…more info soon 💣2️⃣5️⃣….Kwart ta’ seklu rebbie...
17/09/2026

🗣️Żommu l-Ħadd 4 ta’ Ottubru vojt‼️

🗣️Għax bħal ma niċċelebraw aħna ħadd‼️…more info soon 💣

2️⃣5️⃣….Kwart ta’ seklu rebbieħa 🟡🔴

📣 Biex niccelebraw is-success li l-klabb taghna kiseb fir-Regatta ta' Settembru ser inkun qed nohorgu dan il-flokk‼️💥Don...
16/09/2026

📣 Biex niccelebraw is-success li l-klabb taghna kiseb fir-Regatta ta' Settembru ser inkun qed nohorgu dan il-flokk‼️

💥Donazzjoni ta' €15

🗣️Kull min jixtieq jordna l-flokk tac-Champions jista jaghmel dan permezz ta' messagg fuq whatsapp fuq in-numru 77402449 📞

🟡🔴

🗣️Awguri f’għeluq sninek,Owen Zammit “it-Tus”‼️💥Sena 2026 mill-isbaħ għat-Tus ma’ Senglea Regatta Club, fejn kien protag...
16/09/2026

🗣️Awguri f’għeluq sninek,Owen Zammit “it-Tus”‼️

💥Sena 2026 mill-isbaħ għat-Tus ma’ Senglea Regatta Club, fejn kien protagonista fir-rebħ taż-żewġ shields ta’ Marzu u ta’ Settembru🛡️🛡️🚩🚩

🎉Awguri Owen, gawdi l-ġurnata tiegħek…L-Isla kburija bik❤️💛

15/09/2026
15/09/2026

💥IL-25 DARBA… L-ISLA REĠGĦET KITBET L-ISTORJA‼️

🗣️Ġurnata li tibqa’ għal dejjem imnaqqxa fil-qlub tagħna. Ġurnata ta’ tensjoni, tama, determinazzjoni u fuq kollox… qalb Senglejana💛❤️

🥉 Tal-Midalji – it-3 post
🥈 Frejgatina – it-2 post
🥇 Bi Tnejn – L-EWWEL POST
🥉 Kajjik – it-3 post

U kollox kellu jiġi deċiż fl-aħħar tellieqa…

TA’ B’ERBGĦA‼️

🗣️Il-mument li fih kull daqqa ta’ moqdief kienet tfisser kollox. Kull metru, kull sekonda, kull qalb Senglejana tħabbat għal għan wieħed👊🏼

🚨U wasal il-mument…

🥇 L-EWWEL POST‼️

🗣️L-ISLA REĠGĦAT ĠIET IX-SHIELD‼️

💣U hemmhekk… splodiet L-Isla! 💛❤️
Ponta mimlija nies, bnadar, għajjat, dmugħ ta’ ferħ u xeni li diffiċli tispjegahom bil-kliem🥹

2️⃣5️⃣REBĦA💥
Kwart ta’ seklu rebbieħa‼️
🗣️L-aktar klabb rebbieħ fl-istorja tar-Regatta👑

Din mhux sempliċiment Shield oħra. Din ir-rebħa hija frott is-sagrifiċċju ta’ dawk kollha li libsu l-kuluri tagħna, ta’ dawk li ħadmu fis-skiet, u ta’ ġenerazzjonijiet ta’ Senglejani li dejjem emmnu f’dan il-klabb.

Din hi L-Isla.
Din hi r-Regatta.
Din hi l-istorja tagħna💥

🗣️SENGLEA REGATTA CLUB — 25 DARBA REBBIEĦA…..L-istorja tkompli‼️

🗣️Għalkemm Emerson Farrugia għamel żmien relattivament qasir mas-Senglea Regatta Club, kien żmien li fih xorta waħda rne...
14/09/2026

🗣️Għalkemm Emerson Farrugia għamel żmien relattivament qasir mas-Senglea Regatta Club, kien żmien li fih xorta waħda rnexxielna niċċelebraw suċċess flimkien.

Emerson libes il-kuluri tagħna u kien parti mill-ekwipaġġ li kiseb shield ta’ Settembru — rebħa li tibqa’ għal dejjem parti mill-istorja tal-klabb u memorja sabiħa tal-mixja tiegħu magħna.

Emerson, nirringrazzjawk tal-kontribut u tal-impenn tiegħek matul iż-żmien li kont magħna. Kien ta’ pjaċir li kont parti mit-tim tagħna u li flimkien stajna naqsmu mument ta’ rebħa.

Hekk kif issa l-mixja tkompli f’direzzjoni differenti, nawgurawlek minn qalbna kull ġid u kull suċċess għall-futur.

Grazzi Emersön Farrugia 💛❤️

🗣️Kull vjaġġ għandu l-bidu u t-tmiem tiegħu, u llum wasal il-mument li ngħidu grazzi lil Wayne Pike għall-kapitlu li kit...
14/09/2026

🗣️Kull vjaġġ għandu l-bidu u t-tmiem tiegħu, u llum wasal il-mument li ngħidu grazzi lil Wayne Pike għall-kapitlu li kiteb flimkien mas-Senglea Regatta Club.

Bil-flokk tagħna u bil-kuluri ħomor u sofor, Wayne kellu s-sodisfazzjon li jgħolli 2 shields — waħda f’Marzu u oħra f’Settembru.

Iżda wara kull rebħa hemm ħafna aktar minn shield. Hemm it-taħriġ, is-sagrifiċċju, l-għaqda u d-determinazzjoni li tkun hemm għal sħabek u għall-klabb sal-aħħar daqqa ta’ moqdief.

Wayne, grazzi tal-kontribut tiegħek, tal-impenn u tal-mumenti li qsamna flimkien. Il-paġna tagħlaq għalissa, iżda dak li ksibna flimkien jibqa’ miktub fl-istorja tas-Senglea Regatta Club.

Nawgurawlek kull ġid u kull suċċess fil-pass li jmiss.

Grazzi Wayne 💛❤️

🗣️Senglea Regatta Club jixtieq jirringrazzja minn qalbu lil Andre Gauci għall-impenn, id-dedikazzjoni u s-sagrifiċċji ko...
14/09/2026

🗣️Senglea Regatta Club jixtieq jirringrazzja minn qalbu lil Andre Gauci għall-impenn, id-dedikazzjoni u s-sagrifiċċji kollha li ta tul iż-żmien li kien parti mill-klabb tagħna.

Andre kien parti importanti mis-suċċessi tagħna u matul il-mixja tiegħu magħna rnexxielu jirbaħ 4 shields bil-kuluri tas-Senglea Regatta Club — 2 f’Marzu u 2 f’Settembru.

Dawn ir-rebħiet, flimkien mal-mumenti u l-memorji li qsamna, se jibqgħu għal dejjem parti mill-istorja tagħna.

Hekk kif illum il-mixja tagħna flimkien waqfet hawn għalissa, jibqgħu r-rispett, l-apprezzament u l-gratitudni tagħna għal dak kollu li tajt lill-klabb.

Grazzi ta’ kollox, Andre. Nawgurawlek minn qalbna kull suċċess għall-futur. Dejjem se tibqa’ parti mill-istorja tagħna. Il-bieb tagħna dejjem miftuħ għalik.

Grazzi Andre Gauci 💛❤️

Address

Triq Nazzareno Mifsud (Habbrieki Tar-regatta)
Senglea

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Senglea Regatta Club posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Business

Send a message to Senglea Regatta Club:

Shortcuts

Share

Category