12/05/2020
Illum it-Tlieta 12 ta' Mejju huwa s-7 Anniversarju tal-mewt ta’ Patri JOE CILIA minn San Pawl il-Baħar ex Kappillan tal-Parroċċa. Studja fil-kulleġġ Serafiku f’Ruma.Wieħed mill-ewwel Missjunarji f’Kerala l-Indja fejn ħadem għal 26 sena. Fl-Indja kien Rettur tal-Postulanti, tan-Novizzi u tal-Kjerċi. Għal tliet darbiet wara xulxin Kustodju Provinċjali tal-Missjoni. Ħadem kemm felaħ biex il-Kustodja tal-Indja issir Provinċja. Lura Malta kien Vigarju Provinċjali, Gwardjan u Kappillan San Pawl il-Baħar. Reliġjuż ħabbrieki u dedikat għax-xogħol. Miet fid-Dar tal-Kleru Birkirkara wara marda qalila ta’ ftit xhur fil-għomor ta’ 61 sena. Sarlu funeral kbir fil-Parroċċa u jinsab midfun fil-qabar tal-patrijiet fil-Kappella taċ-Ċimiterju ta’ San Pawl il-Baħar. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem....
Hajr Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar