Passione Tordo MALTA

Passione Tordo MALTA Welcome to all members, let’s make this page successful and post updates on migration birds

27/01/2024

Kaċċatur Għawdxi kien tressaq il-Qorti fl-2023 fejn ġie akkużat, li meta fid-29 t’April 2022 kien għall-kaċċa waqt l-istaġun miftuħ tal-kaċċa fir-rebbiegħa, huwa ‘kkaċċja jew ipprova jikkaċċja, ħa jew ipprova jieħu għasafar li huma protetti. Fl-20 ta’ Lulju, 2023, il-Qorti sabet lill-kaċċatur ħati tal-akkuża unika miġjuba kontra tiegħu u mponiet fuqu multa ta’ elf u mitejn Ewro (€1,200) kif ukoll ordnat il-konfiska tal-arma tan-nar. Kif ukoll, l-istess Qorti ordnat is-sospensjoni tal-liċenzja tal-kaċċa għall-perjodu ta’ sentejn (2) mid-data tas-sentenza. Finalment, il-Qorti ordnat id-distruzzjoni tal-arma tan-nar!

Ma l-aħbar tas-sentenza, BirdLife Malta tgħidtx kemm ferħu u ċċelebraw, u mingħajr mistħijja jew rispett il-Kap Eżekuttiv tal-BirdLife, Mark Sultana, kiteb powst fil-midja soċjali fejn wara li ddiskriva lill-kaċċatur bħala “Caveman”, barbaru, idjota w arroganti li jġor senter, qal li li kieku ma kienx għal BirdLife ħadd ma kien jintebaħ b’dan il-każ għax il-pulizija t’Għawdex rieqdin!

Sultana ukoll ikkritika lill-kaċċatur għax dan jista jkun membru tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), u kompla jgħid li l-infurzar tal-liġijiet f’Għawdex huwa għajb. Hawn, Sultana tefa t-tort fuq il-Ministru Clint Camilleri meta insinwa li peress li l-Ministru huwa kaċċatur u nassaba, qisu b’daqshekk m’għandux dritt jew xi disunur, dan dajjef il-liġijiet biex l-infurzar ma jistax isseħ. Għalhekk, Sultana kompla, li minkejja din is-sitwazzjoni, u għal darb’oħra bis-saħħa tal-evidenza li kienu resqu l-BirdLife fil-Qorti, din id-darba l-ġustizzja rebħet, għalkemm skond l-istess Sultana, il-kaċċatur kien aktar jixraqlu piena ta’ habs u konfiska permanenti tal-liċenzja!

U bħallikieku dawn l-attakki w insulti kollha ma kienux biżżejjed, Sultana għażel li jattaka wkoll il-professjoni tas-Sinjura tal-Ministru Camilleri, l-avukatessa diffensur tal-kaċċatur, u kkonkluda li hi mhux professjonali!

Fl-1 t’Awwissu 2023 il-kaċċatur appella mis-sentenza tal-20 ta’ Lulju 2023, u f’partijiet tas-sentenza li tat il-Qorti tal-Appell fil-25 Jannar 2024, l-istess Qorti nnotat li:

- Ix-xhud Olivia Romero Collins, attivista tal-BirdLife li kienet fuq il-post tal-allegat reat minn fejn ġibdet il-filmat li tressaq bħala evidenza fil-każ, waqt li kienet qegħda tixhed u ġiet muriha n-nies li kien hemm fl-awla ma kinitx f’pożizzjoni li tidentifika lill-kaccatur akkużat li kien fl-awla dak il-ħin;
- Bħala regola, jekk jiġi b’xi mod muri li dik l-evidenza (il-filmat f’dan il-każ) li tkun tresqet ma tkunx l-aħjar evidenza, l-Qorti tkun trid tiskarta dik l-evidenza u ma tistrieħx fuqha. Din ir-regola hija ntiża li tassikura li l-evidenza li titressaq tkun awtentika, veritjiera u b’saħħitha u mhux qarrieqa, kontraffatta jew dgħajfa. Għaldaqstant, il-Qorti qablet li dan il-filmat għandu jiġi skartat u m'għandux jitqies bħala xi prova inkriminatorja fil-konfront tal-kaċċatur;
- Ix-xhud Nicholas Barbara, il-“Head of Conservation” tal-BirdLife, ġie mwiddeb mill-Qorti li bħala xhud ma setax jagħti interpretazzjoni tal-filmat għax ma kienx imqabbad bħala espert tal-Qorti;
- Nicholas Barbara li kien qiegħed jinterpreta l-filmat meħud minn ħaddieħor, lanqas ikkonferma li għaraf lill-kaċċatur bħala li huwa l-istess wieħed li jidher fil-filmat;
- Illi x-xhieda mogħtija minn Nicholas Barbara, ma hija xejn ħlief second hand information mgħoddiha lilu mill-persuni li kienu fuq s-sit u detto del detto ta’ dak li kien sema’ li ġara.

Għalhekk fid-dawl ta’ dan kollhu, l-Qorti laqet l-appell tal-kaċċatur u irrevokat is-sentenza mogħtiha mill-ewwel Qorti u illiberat lill-kaċċatur mill-imputazzjoni u piena.

Fl-aħħarnett, ħadd m’għandu jżomm in-nifs biex jistenna xi appoloġija mill-BirdLife Malta. L-appoloġiji sinċiri ma jsirux minn nies li jaħsbu li huma fuq il-liġi; li fl-arroganza tagħhom ma jirrispettaw lil ħadd jew ma jistħu minn ħadd, lanqas mill-għola awtoritajiet; li jajru, jinsulentaw u jittimbraw b’aġġettivi moqżieża lill-kaċċaturi u n-nassaba Maltin u Għawdxin; li ta’ spiss iqarqu u jigdbu f’ċertu informazzjoni li ġieli jitrasmettu, għax ma jaċċettawx il-prattika tal-passjonijiet u t-tradizzjonijiet soċjo-kulturali tal-kaċċa u l-insib tal-kaċċaturi u n-nassaba Maltin u Għawdxin.

17/04/2023

Il-Ministeru għal Għawdex 🇲🇹 jilqa’ b’sodisfazzjoni d-digriet mogħti illum mill-Qorti ta’ Malta dwar il-kaċċa fi-rebbiegħa fejn il-mandat ta’ inibizzjoni li resqet il-BirdLife Malta ma ġiex aċċettat.

L-istaġun tal-kaċċa għall-gamiema jiftaħ mid-data tal-pubblikazzjoni tal-Avviż Legali (aktar t**d illum) sat-30 ta’ April, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar, bi kwota nazzjonali ta’ 1,500 gamiema.
M’hemmx kwoti individwali.

Kull gamiema li tiġi ikkaċċjata għandha tiġi irrappurtata immedjatament u kull min joħroġ għall-kaċċa u ma jaqbad xejn għandu jirrapporta l-hunting effort, kif spjegat fil-Liċenzja Speċjali.

Il-Ministeru għal Għawdex ifakkar li m’hu ser jiġi ittolerat l-ebda abbuż, liema abbuż jista’ iwassal biex ikun hemm konsegwenzi fuq din il-prattika.

03/04/2023

‼️Il-BirdLife Terġa Tiprova Twaqqaf il-Kaċċa tal-Gamiem fir-Rebbiegħa‼️

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) ġiet notifikata li għat-tieni sena konsekuttiva l-BirdLife Malta illum ressqet Mandat ta’ Inibizzjoni fil-Qorti biex ma jinfetaħx l-istaġun tal-kaċċa għall-Gamiem fir-rebbiegħa tas-sena 2023 hekk kif irrakomanda l-kumitat Ornis lil Ministru.

Il-FKNK qegħda teżamina l-mezzi kollha possibbli, inkluż legali, biex tikkontrobatti dan l-imsemmi Mandat.

Il-FKNK se tkun qegħda toffri wkoll l-għarfien espert legali, xjentifiku u tekniku għad-dispożizzjoni tagħha lill-Intimati tal-Mandat, jiġifieri, Il-Ministru għal Għawdex, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-intrapriza, Awtorita għar-Rizorsi u Ambjent u l-Avukat tal-iStat.

Bħal dejjem il-FKNK se żżomm lill-kaċċaturi aġġornati b’mod adegwat u tfakkar li tista’ toħroġ kwalunkwe direttiva kif, meta u jekk ikun meħtieġ lil membri fi ħdana.

Lucas Micallef
President
FKNK

15/02/2023

📝Fit-28 ta' Diċembru, l-FKNK ippubblikat 'Dossier' bit-titlu “Il-Futur Immedjat ta’ l-Użu taċ-Ċomb fil-Munizzjon”, li jinsab f’dan il-Link 🌐 http://bit.ly/3hz4JL1

Id-Dossier huwa aġġornament tax-xogħol li qegħda twettaq il-FKNK flimkien mall-FACE, il-Federazzjoni bbażata f’Brussel li tħaddan fiha 37 għaqda tal-kaċċaturi u nassaba minn daqstant pajjiżi fl-Ewropa, fosthom il-FKNK għal dawn l-aħħar 34 sena, sabiex jinstabu alternattivi adekwati għaċ-ċomb.☑️

ℹ️Id-Dossier jinkludi ukoll statistika ddettaljata dwar l-amont ta’ borok u wiżż li jinqabdu fil-gżejjer Maltin; il-prezzijiet ta’ diversi skrataċċ li huma kkargati bi projettili alternattivi għaċ-ċomb; il-pożizzjoni tar-Renju Unit u Gwida tal-FACE rigward din is-sitwazzjoni fil-preżent; u referenzi għall-artikli li jiddiskutu s-Sigurta’ u d-Difiża fl-UE b’konnessjoni ma din is-sitwazzjoni.

🚫B'reazzjoni għall-artikli ippubblikati fil-midja illum, qed nerġaw nippubblikaw il-link ta' dan id-Dossier għal għan informattiv u fattwali.

🤝Il-FKNK ser tibqa' taħdem bla waqfien, u ser iżżomm kontinwament lil membri u is-settur kummerċjali lokali nfurmat bi żviluppi relatati.

16/07/2022

Meta kontu bdejtu tibgħatu dwar Maltemp lejn nofs Lulju, jien kont ċar mill-bidu li ma hemm ebda indikazzjoni ta' Maltemp fil- viċin. U bil kontra kont qiegħed ngħid ġej sajf qalil. Dan kien bidu ta Ġunju.
Naħseb il- ftit irrealizzaw dwar problema gravi li kienet qegħda tiżviluppa. Żewġ press għolja, dik ta' Azzore u l Pressjoni Għolja Afrikana. Dik tal Azorre f Ġunju intensifikat u baqgħet tielgħa lejn Franza Portugall Spanja u l Ingilterra. L Mediterran bħala ċentru baqa taħt l influenza ta Pressjoni għolja Afrikana li ġabet temperaturi xejn popolari għal Ġunju.
Dan mhux temp normali u jaf iwassal għal stranġi sħiħa jekk il- pajjiżi Ewropej mhux qegħdin għassa tat-temp. Fl Italja Monte Bianco faltezza ta fuq fejn hemm is silġ, dan ukoll beda jinħall.
Għaliex din hija sistema tat- temp perikoluża?
Meta jkollok temperaturi għoljin għal tul ta' żmien, tinħoloq maltempata u taf tagħmel ħsara enormi fosthom għarar. Mela dawk il- pajjiżi milqutin bl anti ciklun Azorre, bħalissa qegħdin jesperjenzaw nixfa enormi, temperatura għolja u foresti kbar spiċċaw ħuġġieġa. Dak huwa l għar scenario li jista jkolna għax mal ewwel maltempata stenna għarar.
U Ċentru tal- mediterran?
Il- ftit jirrealizzaw u jagħtu każ li t temperatura tal--baħar hija 27°C. Li jfisser f nofs Lulju il baħar huwa sħun aktar minn normal! F Awissu qegħdin nistennew ġranet b temperatura l fuq minn 34°C. Awissu sħun, pero attenzjoni. Dan kif ġara fil passat bxi mod it temperatura trid tiġi man normal u għalhekk hemm possibilita kbira li Awissu jkonna Maltempata li mhix ser tkun faċli tiġi imbassra minn jiem min qabel.
F' Għawdex għandna xi ħaġa dwar it- temp li meta tiġi l festa ta Sannat, Santa Margerita, nibdew naraw sħaba tifforma. Jien insiba kif kienu jgħidu l antenati, sħaba ta' Santa Margerita u li 4 ġimgħat wara jkolna l maltemp. Festa ta Sannat hija l ġimgħa dieħla. Sissa ma tidhirx! Għandna l basal tal- ansar ukoll u li sissa għadu ma spuntax... Kollha jagħtu indikazjoni li sissa għandna lura għax xita! Mela ser tippersisti temp sħun. Ħudu ħsieb li toqgħodux għax xemx bla bżonn.

06/07/2022

Maltemp f' Lulju?
Kif imbassar nhar il- ġimgħa li ġejja ser tinżel għan normal it- temperatura ( madwar 30/31°C). Tajjeb jiġi spjegat li ser tinżel man normal it-temperatura u mhux inqas minn normal!
Ciclun ser jinżel minn fuq l Italia ta' fuq u ser iġib maltemp fl Italia, u arja aktar friska fil mediterran. Imma xorta mhix ser tbaxxi t-temperatura taħt in- normal. Dan ifisser li l arja mhix ser tkun instabbli u id-dgħajjef ħafna l anti ciklun affrikan. Dan skont l analiżi tagħna jfisser li wara dawn l ġranet, ser terga titla t temperatura u ebda Maltemp ma huwa previst speċjalment għal nofs Lulju. Jkolna indikazjoni ta' Maltemp biss jekk fuq in naħa t isfel ta Malta jibda jifforma xi Maltemp u jibda jiżviluppaw rqajja ta' Sħab fil- mediterran.
Dan ifisser li mil- ġimgħa dieħla, il- qilla ta' Anti-ċiklun Afrikan 'Ceronte' ser jerga jieħu postu, b temperatura għolja.

27/06/2022

Ġunju, 11°C aktar temperatura mil medja. L fejn sejrin!
Anti-ċiklun African jismu Caronte. Isem li min qara la Divina Commedia jaf sewwa f'liema parti tal infern kien.
Dan huwa temp previst għal din il-ġimgħa.
Tnejn ☀️ b'riħ forza 3 xlokk. Temperatura l għola tmiss 36°c.
Tlieta ☀️ b'riħ forza 3 punent majjistru.Temperatura l għola tmiss 39°c.
L erbgħa ☀️b'riħ forza 3 għal 4 punent.Temperatura l għola tmiss 38°c.
L Ħamis ☀️ brih forza 3 varju.Temperatura l għola tmiss 37°c.
L Ġimgħa ☀️ riħ varju.Temperatura l għola tmiss 35 °c.
Sibt ☀️ b'riħ forza 2 varju.Temperatura l għola tmiss 36°c.
Il ħadd ☀️ b'riħ varju. Temperatura l għola tmiss 32 °c.

Address

Mosta

Telephone

+35679730714

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Passione Tordo MALTA posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Business

Send a message to Passione Tordo MALTA:

Share