15/09/2026
38+ a few days...
Dear self, xi ngħidlek
Tgħannieqa kbira ta' dak kollu li ġara s'issa fit-tajjeb u anka fit-tbatija,
Ta' li ma taqtax qalbek,
Ta' li tkompli temmen u taqsam li l-verità u r-rispett huma il qofol ta kollox,
Ta' li tkompli tagħti minn l-aħjar li tista'.
Issa tgħallimt x'inhu l-limitu tieghek u fejn l-enerġija ħaqqa tingħata. Mhix lezzjoni faċċli għalik, fadallek ftit imma pass pass naslu wkoll.
Nidbissimlek ta' li mhux biss temmen imma wkoll tippersisti li tipprattika l-ħajja bil-valuri ta' rispett u verita'. Mhux faċli speċjalment fil-ġurnata tal-lum.
Inħobbok ❤️... għal li jmiss 🤸🏻♀️