Floriana Ajax Sports Club

Floriana Ajax Sports Club Bi pjaci inhabbru l-pagna ufficjali tal-Floriana Ajax S.C. Ghaqda sportiva affiljata f'zewg setturi sportivi li huma l-Football (I.A.S.C) u Darts (M.D.A.)

29/08/2026
📸Yesterday’s Floriana Ajax Presentation Night!
23/08/2026

📸Yesterday’s Floriana Ajax Presentation Night!

19/08/2026

🎯DARTS: Friendly
L-Ewwel Leg - 14/08/26
FLORIANA AJAX SC TEAM A VS ĦAMRUN BAYERN
8-0 (AWAY)

🎯 Floriana Ajax Darts Team B – Get TogetherIlbieraħ saret laqgħa soċjali sabiħa tal-Floriana Ajax Darts Team B, fejn il-...
12/08/2026

🎯 Floriana Ajax Darts Team B – Get Together

Ilbieraħ saret laqgħa soċjali sabiħa tal-Floriana Ajax Darts Team B, fejn il-plejers inġabru flimkien biex jiċċelebraw is-suċċess tagħhom bħala Runners-Up fis-Summer League, b’wirja mill-aqwa li rat lit-tim jispiċċa bla telfa tul il-kompetizzjoni kollha. 👏🎯

Kienet ukoll opportunità sabiħa biex niltaqgħu u nilqgħu fostna lill-plejers il-ġodda ta’ Darts Team B, li se jkunu qed jingħaqdu mal-familja ta’ Floriana Ajax u jkomplu jsaħħu l-ispirtu u l-ambizzjoni tal-klabb. 💚🎯

Il-lejla kienet waħda ta’ ħbiberija, għaqda u atmosfera mill-aqwa, fejn, apparti li ċċelebrajna l-kisbiet tagħna, komplejna nibnu fuq l-ghaqda li dejjem ikkaratterizzat lit-timijiet tagħna.

Prosit lill-plejers kollha tas-Summer League għas-suċċess tagħhom u merħba kbira lill-membri l-ġodda ta’ Darts Team B! 💪🎯

Grazzi kbira u prosit tassew imorru wkoll lill-Kumitat ta’ Floriana Ajax għall-ikla sabiħa organizzata għal din l-attività. Grazzi tal-ħidma u d-dedikazzjoni tagħkom biex komplejna ngawdu lejla sabiħa flimkien. 👏👏

Floriana Ajax Darts – Flimkien Aktar B’saħħitna! 💚🎯

06/08/2026

IL-Kumitat javza li fix-xahar ta’ Awwissu u Settembru l-Club muxx ħa jiftaħ nhar ta’ Erbgħa u s-Sibt. Minn Ottubru l-quddiem l-Club ma jiftaħx kull nhar ta’ Tnejn.
Grazzi

🎉 IL-LEJLA NILTAQGHU GĦAT-TOMBLA! 🎉Qed nistennewkom illejla għal serata oħra ta' divertiment, premjijiet sbieħ u atmosfe...
02/08/2026

🎉 IL-LEJLA NILTAQGHU GĦAT-TOMBLA! 🎉

Qed nistennewkom illejla għal serata oħra ta' divertiment, premjijiet sbieħ u atmosfera mill-aqwa ma-Floriana Ajax Sports Club!

📅 Illum, il-Ħadd 2 ta' Awwissu
🕖 Mis-7:00 p.m.
📍 Żona tal-Floriana Nursery

Ġib miegħek lill-familja u lill-ħbieb u ejja gawdu lejla sabiħa flimkien. Kull ġimgħa jkollna premjijiet numerużi u nilqgħu b'sodisfazzjon kemm lil dawk li jiġu regolarment kif ukoll lil dawk li jkunu magħna għall-ewwel darba.

🍀 Nawguraw xorti tajba lil kulħadd u nittamaw li narawkom illejla! 💚🤍

🏆Floriana Ajax Sports Club Darts Team - MDA Summer League 2026 – Runners-Up Bla Telfa! 💚🤍Prosit kbir lit-tim ta’ Florian...
31/07/2026

🏆Floriana Ajax Sports Club Darts Team - MDA Summer League 2026 – Runners-Up Bla Telfa! 💚🤍

Prosit kbir lit-tim ta’ Floriana Ajax Sports Club talli temm il-kampanja tiegħu fil-MDA Summer League 2026 b’post mill-aqwa fit-2 post, filwaqt li baqa’ mhux megħlub tul il-kompetizzjoni kollha – kisba li turi l-kwalità, il-konsistenza u l-ispirtu ta’ dan it-tim.

Grazzi speċali lill President tal Malta Darts Association is-Sur Tony Demanuele li kien preżenti għal preżentazzjoni ta' trofew.

Dan huwa riżultat li jimla lill-klabb kollu bi-kburija, u li jkompli jikkonferma li Floriana Ajax jibqa’ fost l-aqwa timijiet fid-darts Malti. Kull partita kienet xhieda tad-determinazzjoni, id-dixxiplina u l-għaqda li dejjem jikkaratterizzaw lill-familja Ajax.

Prosit sinċier lill-plejers kollha, lill-kaptain, lill-kumitat u lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom biex dan is-suċċess seta’ jinkiseb. Ringrazzjament speċjali jmur ukoll lill-familji tal plejers u lis-supporters tagħna, li bil-preżenza u l-appoġġ kontinwu tagħhom taw motivazzjoni kbira lit-tim matul il-kampjonat kollu.

Għalkemm din id-darba waqafna pass biss 'il bogħod mill-ogħla unur, il-prestazzjoni tagħkom kienet waħda ta’ champions u tagħtina aktar motivazzjoni biex inkomplu naħdmu għal aktar suċċessi fl-istaġuni li ġejjin.

Bravi kollha! Il-familja Ajax hi kburija bikom. 💚🤍

FORZA AJAX! 💚🎯

Address

Floriana

Telephone

79989073

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Floriana Ajax Sports Club posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Business

Send a message to Floriana Ajax Sports Club:

Shortcuts

Share

Category