08/09/2026
Lilkom li se tilbsu dawn il-kuluri u tirrappreżentawna fuq il-baħar — kunu afu li Bormla kollha tinsab warajkom.
Minn fuq ix-xatt, minn ġo djarna, u minn dawk li llum m’għadhomx magħna iżda żgur li kieku kienu jkunu hemm… qalbna kollha magħkom. 🩵🤍
U lilkom il-partitarji — illum irridu x-xatt mimli ABJAD U BLU ! Ġibu l-bnadar, ġibu leħinkom u fuq kollox ġibu dik il-passjoni li Bormla taf tagħti. 🔵⚪
Għal dawn il-kuluri.
Għal din il-belt.
Għal dawk ta’ qabilna u għal dawk li ġejjin warajna.
GĦAL BORMLA. 💙
🔥 COMEON BLUES! 🔥