29/03/2025
Waslet fi tmiemha l-esperjenza li kellu t-tim tagħna fit-tielet diviżjoni tal-league nazzjonali tad-darts organizzat mill-Malta Darts Association.
Fil-bidu, l-uniku oġġettiv kien li jingħaqad it-tim u li nkunu kompetittivi, biss aktar ma' għaddew ġimgħat, aktar bdejna nġibu riżultati pożittivi tant li bdejna nemmnu li nistgħu niġġieldu għall-promozzjoni.
Ninsabu aktar minn sodisfatti li spiċċajna fit-tielet post, punt il-bogħod minn promozzjoni awtomatika. Qiegħed jintqal dan kollu għax tibqa' l-eventwalita` li għall-istaġun li ġej ikunu promossi aktar minn żewġ timijiet.
Nixtiequ bħala tim nirringrazzjaw lit-timijiet kollha li lgħabna kontrihom fejn dejjem, f'kull logħba, irrenja l-ispirtu sportiv. Grazzi wkoll lill-plejers tagħna tal-impenn matul l-istaġun kollu. L-aħħar u żgur mhux l-inqas grazzi lis-segwaċi tagħna u lill-isponosrs 83 Bar & Grill u MG Consulting Malta.
Naraw x'se jkun il-futur ta' dan it-tim għall-istaġun li jmiss.
Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883 Mario Aquilina