Milan Club Malta 1979

Milan Club Malta 1979 The OFFICIAL Milan Club Malta page welcome to the largest AC Milan supporters club in the world!

Kronaka Milanista minn Frans Deguara...Lazio-Milan 2-2... Moreiraaaa!!  Fir-4 programm tas-Serie A, il-Milan ġew ospitat...
14/09/2026

Kronaka Milanista minn Frans Deguara...

Lazio-Milan 2-2... Moreiraaaa!!

Fir-4 programm tas-Serie A, il-Milan ġew ospitati mil-Lazio fl-Olimpico u ppareġġjaw 2-2... fejn rajna żewġ partiti - taqsima diżastruża mir-Rossoneri (jew aħjar “neri” bħall-flokkijiet!) u oħra totalment differenti wara l-intervall. Kienet it-3 partita kontra eks plejers Milanisti bħala kowċis (Abate, Stroppa, u issa Gattuso, li kien applawdit mill-Curva Milanista). Għal Amorim naħseb li kienet utli ħafna għax kellu diversi ċertezzi... min hu tajjeb għall-iskemi tiegħu u min mhux! Ċertament li l-partita nbidlet meta daħħal lil Pulisic (debutt staġjonali), Moreira u Musah flok Loftus-Cheek, Estupinan u Modric... li naħseb se jsibha diffiċli ħafna biex iżomm ir-ritmu tal-pressing li jixtieq il-kowċ, għalkemm jista’ jkun importanti biex jikkontolla l-logħob meta l-Milan ikunu minn fuq. Issa naraw.
KRONAKA. B’Gerry Cardinale jerġa’ jkun preżenti, l-1 taqsima rat lill-Biancocelesti dominanti fuq il-Milan. Tant li skurjaw darbtejn u kellhom diversi ċansijiet kbar oħra. Fl-10’ Zaccagni kkrossja fil-baxx fuq il-lasta opposta, daħal Matteo CANCELLIERI li tefa’ ġewwa mill-qrib, b’Estupinian lanqas biss jinduna bih!! Wara miraklu ta’ Maignan fuq Zaccagni fil-21’, il-Lazjali rduppjaw fid-39’, permezz ta’ Tijjani NOSLIN, b’mod fortunate, meta De Winter ħabbat il-ballun ma’ rasu wara li ħabat mal-mimduda, b’Estupinian għal darb’oħra jinsa l-avversarju! Vantaġġ meritat, bħat-tisfir li qalgħu mit-tifosi Milanisti.
Kif semmejna, bil-bidla ta’ 3 plejers it-tim beda jilgħab ħafna aħjar. Infatti fil-65’, Pulisic kien deċiżiv li beda azzjoni b’mod meraviljuż u ta kross preċiż fuq it-tieni lasta fejn daħal Diego MOREIRA li b’firstimer bellezza għeleb lil Mandas. Appena 2’ u ppareġġja b’gowl ieħor sabiħ, minn Diego MOREIRA, b’xutt qawwi minn tarf il-kaxxa wara assist ta’ Rabiot. Fis-77’ iddebutta Hutchinson flok Cisse. Fit-80’ Moreira kien qrib it-tripletta wara azzjoni oħra sabiħa ta’ Pulisic. Fil-85’ iddebutta Camarda flok Ramos.
L-istatistika turi: xuttijiet: 8-16 (fil-lasta 6-7); fawls 15-14; korners 2-5; pussess ballun 33.9%-66.1%... li nbidlet kompletament fit-2 taqsima. L-aħjar kien ġustament Moreira (rebbieħ ukoll l-MVP tal-partita) li wara d-debutt timidu vs Juventus, kien eċċezzjonali), u miegħu Pulisic u Musah (sorpriża sabiħa), iżda anke Maignan, Gila, De Winter, Chukwueze u Rabiot lagħbu tajjeb ħafna. B’Estupinian u Loftus-Cheek sempliċement impreżentabbli... u filwaqt li għall-Kolumbjan hi xi ħaġa regolari, nistagħġeb kif b’dik il-persuna ġganteska tiegħu Loftus ma jużahiex!
Il-Milan lagħbu hekk (3-4-2-1): Maignan; Gila, De Winter, Pavlovic; Chukwueze, Modric (45’ Musah), Rabiot, Estupinan (45’ Moreira); Loftus-Cheek (45’ Pulisic), Cisse (77’ Hutchinson); Ramos (85’ Camarda). Riservi: Terracciano P., Torriani; Bartesaghi, Diawara, Gabbia, Terracciano F., Tomori; Comotto, Jashari u Saelemaekers. Ir-referì kien Marcenaro.

KURŻITAJIET.
MOREIRA. Kif rajna, l-impatt ta’ Diego kien eċċellenti fejn ġab enerġija u veloċità fuq il-linja xellugija (kif lagħab dan l-aħħar staġun ma’ Strasburgu). U skont l-Opta, id-doppjetta li skorja hija rekord għall-Milan għax hu l-iżgħar plejer (22 sena u 37 jum) li għamel hekk meta daħal bħala riserva fis-Serie A mindu bdew jieħdu d-dati mill-2004/05! Moreira stqarr: “inħossni kuntent ħafna imma kont inkun aktar kieku rbaħna. Madankollu wettaqna rimonta b’saħħitha, u ninsabu kuntenti għal dan”.
HUTCHINSON. Fid-9 ta’ Settembru, l-aħħar akkwist tal-Milan, Omari Hutchinson, ġie ppreżentat lill-istampa u lit-tifosi fil-Milan Flagship Store, wara li ġie b’self bi dritt ta’ riskatt mingħand Nottingham Forest. Għandu 23 sena, u jilgħab bħala ‘trequartista’ (wara l-attakkant prinċipali). Wara niżel f’Via Dante biex isellem lit-tifosi u jiffirmalhom.
NKUNKU u FOFANA. Żewġ plejers li ħallew lill-Milan (għalissa, għax it-tnejn ġew mislufa), huma Nkunku u Fofana. Imma filwaqt li għal Christopher kienet sorpriża għalih, u reġa’ lura ma’ Leipzig, tant li stqarr “li ma stenniex li l-Milan iġagħluh jitlaq, u b’dak il-mod. Infatti kien jemmen li se jkun ta’ għajnuna fit-tim kemm bħala viċi ta’ G. Ramos, u/jew bħala ‘trequartista’”. Differenti l-każ ta’ Fofana, li mar ma’ Sivilja, u ħabbru li mhu se jħallsu xejn tas-self, u se jħallsu biss 8% tas-salarju tiegħu!! Fofana kien induna minn ħafna qabel li ser ikollu jitlaq... (probabbilment meta kien mgħarraf minn Ibra bil-famuża telefonata li kien għamel lil ċerti plejers fid-9 t’April wara t-telfa man-Napoli!!). Il-Milan ippreferew hekk milli jkollhom plejer ieħor esuberu (mhux fil-proġett tal-kowċ), bid-differenza ta’ Tomori li ġie integrat lura (u ma akkwistawx difensur ieħor).
KAMPANJA AKKWISTI. Fis-sajf 2026, il-klabbs Ingliżi tal-Premier League nefqu bejniethom aktar minn €3,7 miljard! ...li jikkonferma l-poter assolut ekonomiku fl-Ewropa. U jfisser ukoll li nefqu l-55% tan-nefqa totali tal-5 kampjonati maġġuri Ewropej (Premier League, Serie A, Liga, Bundesliga u Ligue 1), fejn il-klabbs nefqu s-somma ta’ €7,4 miljard (b’bilanċ passiv ta’ €1,44 miljard). U l-MILAN? Jinsabu minn ta’ quddiem fil-lista tat-timijiet mhux Ingliżi b’nefqa ta’ €165 miljun (żbilanċ ta’ €78 miljun), ċifra enormi għall-futbol Taljan. Dan juri d-distanza enormi bejn il-futbol Taljan u dak Ingliż fil-preżent! Kif tista’ tikkompeti magħhom?!
BARESI. Ir-rivista mensili famuża Ġermaniża “11 Freunde”, li tittratta l-kultura tal-futbol, fl-aħħar edizzjoni ppubblikat il-faċċata b’ritratt ta’ Franco Baresi (li miet fil-31 ta’ Lulju), bit-titlu: “L-aħħar tal-ispeċi tiegħu. Il-vjaġġ it-tajjeb, Franco Baresi!" U kompliet: “Bħala direttur tal-orkestra tal-Milan, Franco Baresi rrivoluzzjona l-futbol. Id-destin, madankollu, irriserva tmiem krudili lill-ikbar libero tal-futbol Taljan ta’ kull żmien. Tifkiriet ta’ immortali”. X’rispett lejn dan il-plejer leġġendarju Milanista anke minn barra pajjiżu!!

Il-partita li jmiss: Milan-Benfica, fl-Europa League, nhar l-Erbgħa, 16 ta’ Settembru, fid-21:00.

Ritratti (fuq): il-gowl ta’ Cancellieri fl-10’, u dak ta’ Noslin fid-39’; (nofs): id-doppjetta stupenda ta’ Diego Moreira f’żewġ minuti, fil-65’ u fis-67’; (taħt): iż-żewġ plejers li bidlu l-andament tal-partita favur il-Milan, Pulisic u Moreira, (flimkien ma’ Musah); Hutchinson fil-Milan Flagship Store fid-9 ta’ Settembru; u l-kopertina tar-rivista Ġermaniża “11 Freund” ad unur il-mibki Franco Baresi.

Kwalunkwe opinjoni espressa minni mhux bilfors hi l-istess tal-Milan Club Malta 1979.

FT. 2-2
12/09/2026

FT. 2-2

12/09/2026
Ir-rebbieħ tal-voucher ta’ xahar ta Settembru  mill-promozzjoni tal-birthday ta’ Sachico’s, li qed nagħtu kull xahar, hu...
10/09/2026

Ir-rebbieħ tal-voucher ta’ xahar ta Settembru mill-promozzjoni tal-birthday ta’ Sachico’s, li qed nagħtu kull xahar, huwa Borg Sandro . Prosit Sandro u Forza Milan! ❤️🖤

In-numru rebbieħ mal-prima tal-lottu tal-bieraħ għal lotterija organizzata bejn il-M.C.M. u l-M.ULT.M. għal-‘gear’ tal-M...
09/09/2026

In-numru rebbieħ mal-prima tal-lottu tal-bieraħ għal lotterija organizzata bejn il-M.C.M. u l-M.ULT.M. għal-‘gear’ tal-Milan 2026/27 huwa n-numru 78 meħud minn Miguel Tagliaferro .
Awguri Miguel! Se tiġi kkuntattjat mingħandna ħalli tagħżel il-qies u liema ‘gear’ tixtieq ħalli b’hekk jiġi ordnat mingħand Football Clothing Anfonave, lis-sponsors ta din il-lotterija grazzi wkoll għal Andre Formosa.

Grazzi Anfonave u Andre’ kif ukoll lil organizzaturi u kull min ipparteċipa u b’ hekk għen lil klabb u l-grupp.

Milan Club Malta 1979 ♥️🇲🇹🖤 Milan Ultras Malta

L-atmosfera fil-Club nhar il-Ħadd li għadda kontra Juventus kienet waħda speċjali! ❤️🖤Minkejja li ma kellniex ir-riżulta...
08/09/2026

L-atmosfera fil-Club nhar il-Ħadd li għadda kontra Juventus kienet waħda speċjali! ❤️🖤

Minkejja li ma kellniex ir-riżultat mixtieq, xorta waħda rridu nirringrazzjaw lil dawk kollha li ngħaqdu magħna biex flimkien insegwu l-partita u ngħixu kull mument tagħha.

Grazzi tal-appoġġ kollu u narawkom għal li jmiss! 🔴⚫

Forza Milan! ❤️🖤

Kronaka Milanista minn Frans Deguara...Juventus-Milan 1-1 ...reġa’ Cisse, punt prezzjuż  Fit-3 programm tas-Serie A, il-...
07/09/2026

Kronaka Milanista minn Frans Deguara...

Juventus-Milan 1-1 ...reġa’ Cisse, punt prezzjuż

Fit-3 programm tas-Serie A, il-Milan ġew ospitati mill-Juventus fl-Allianz Stadium u ppareġġjaw 1-1. Onestament il-Bianconeri (kellhom neqsin Yildiz, McKennie u Thuram) kienu aħjar u l-punt huwa prezzjuż ferm, b’xi plejers Milanisti jiddiżappuntaw. Tant li kellu jkun iż-żagħżugħ Cisse li jiftaħ l-iskor (inġustament), u anke Amorim ammetta: “illum ma kienx ħaqqna nirbħu”... imma ħafna drabi ġara bil-kontra. Il-Milan skorjaw lill-Juve wara 3 snin u nofs (Giroud f’Mejju 2023)!
Kommoventi kien l-omaġġ li t-tifosi Juventini taw lill-Capitano Franco Baresi, u apparti li applawdewh, esponew banner bid-data “07-03-1990 - Grazie Baresi”. Għaliex dik id-data? Għax dakinhar il-Milan lagħbu vs Mechelen (0-0), propju fil-grawnd tal-Heysel, u wara li l-awtoritajiet Belġjani ma tawx permess, il-Capitano Rossonero sfidahom u poġġa bukkett ta’ 39 warda fil-Curva Z b’rispett lejn id-39 vittma tal-partita Juventus-Liverpool (1-0) tad-29 ta’ Mejju, 1985. Omaġġ apprezzat ħafna mill-Juventini dakinhar u did-darba fakkruh pubblikament... għax ċerti ġesti sportivi ma jintesewx... Prosit!
KRONAKA. B’Gerry Cardinale preżenti, fl-1 taqsima l-Juventus kienu aħjar u kellu jkun Maignan li salva darbtejn eċċellenti fuq Conceicao fil-25’ u fit-38’. Fil-55’ l-istess plejer (Estupinian ma sabx tarfu) laqat il-lasta, bil-Milan assenti. Tant li Amorim daħħal lil Loftus-Cheek, Chukwueze u Cisse flok Saelemaekers, Moreira u Rabiot. U fid-69’, kontra x-xejra tal-logħob, wara kross perfett ta’ Chukwueze, Alphadjo CISSE qabeż lil Locatelli u b’xutt li għadda minn taħt saqajn Kalulu, għeleb lil Vicario... gowl sabiħ. Kien hemm protesti li l-azzjoni bdiet minn fawl ta’ De Winter fuq K. Muani, imma skont ir-regoli l-ġodda ta’ Orsato, ir-referì Mariani ħalla l-logħob għaddej. Ta’ min jgħid li veru, imma l-eks referì Cesari wera azzjoni oħra ftit sekondi qabel fejn seħħet l-istess daħla ta’ Koopmeiners fuq Cisse... almenu kien hemm uniformità! Fit-82’ daħal Jashari flok Modric, bil-grawnd kollu japplawdi lill-Kroat. 3’ wara, Woltemade tilef ċans tajjeb wara frikik. Fit-88’ ħareġ Gila u floku F. Terracciano (li ddebutta... forsi ma kienx ġust li jidħol Tomori). Wara assedju sħiħ, fit-92’ il-Juventus ġustament ippareġġjaw, meta minn frikik ieħor, daħal Federico GATTI li b’daqqa ta’ ras b’saħħitha għeleb lil Maignan.
L-istatistika turi: xuttijiet: 14-3 (fil-lasta 5-1); fawls 10-11; korners 7-1; pussess ballun 49.2%-50.8%... li tikkonferma l-andament tal-logħba. L-aħjar kien Cisse, u miegħu De Winter u Gila (li għat-3 darba konsekuttiva kellu joħroġ fl-aħħar minuti!!), u Chukwueze. Musah iġennek, jaħdem blalen eċċellenti imbagħad jitlef oħrajn banalment! Iddiżappuntaw ħafna Rabiot, Saelemaekers u Moreira (li ddebutta).
Il-Milan lagħbu hekk (3-4-2-1): Maignan; Gila (88’ F. Terracciano), De Winter, Pavlovic; Moreira (60’ Chukwueze), Musah, Modric (82’ Jashari), Estupinan; Rabiot
(60’ Cisse), Saelemaekers (60’ Loftus-Cheek); Goncalo Ramos. Riservi: P. Terracciano, Torriani, Tomori, Diawara, Bartesaghi, Comotto, Hutchinson, Pulisic u Camarda.

Kurżitajiet.
KAMPANJA AKKWISTI. Fit-20:00 tal-1 ta’ Settembru għalaq il-merkat tal-plejers fl-Italja (f’xi pajjiżi għalaq ftit wara, anke ġranet). Il-Milan akkwistaw: A. Kostic (Partizan Belgrado), G. Ramos (PSG), M. Gila (Lazio), S. Diawara (Troyes) u D. Moreira (Strasburgu) b’mod definittiv; A. Guernier (Birmingham City), b’xejn; O. Hutchinson (Nottingham Forest) b’self bi dritt ta’ riskatt; u Modric ġedded il-kuntratt.
ĊEDUTI. Fullkrug (lura mal-West Ham); Leao (Galatasaray), C. Traorè (Partizan Belgrado) u D. Sia (Dolomiti Bellunesi) b’mod definittiv; Bennacer (għalaq kuntratt); Odogu (Tolosa), Athekame (Lione), Kostic (Sparta Rotterdam) u Fofana (Sivilja) b’self dirett; Nkunku (Lipsia), Ricci (Como), Zeroli (b’self bi dritt ta’ riskatt, Sud Tirol); Gimenez (b’self bi dritt ta’ riskatt li jsir obbligu b’kundizzjoni, Porto).
Interessanti li mit-tim tal-iskudetto 2021/22 baqa’ biss Maignan, Saelemaekers, Gabbia u Tomori... li reġa’ ġie integrat mal-iskwadra! Għall-ewwel darba wara 4 snin, rajna lil Gerry Cardinale jaħdem b’mod dirett fil-kampanja akkwisti u dawk ċeduti... dejjem bil-kunsens tal-kowċ Amorim u bl-għajnuna tal-aġent Jorge Mendes (li tħallas tajjeb ħafna!!). Iżda f’dawk ċeduti deher in-nuqqas ta’ esperjenza (flimkien mal-istaff ġdid tiegħu). Naturalment il-ġudizzju jagħtih il-grawnd bir-riżultati tal-partiti.
KIF NEFQU. Skont Transfermakt, it-timijiet tas-Serie A nefqu hekk: 1. Juventus (€168,3 miljun); 2. MILAN (166,6 miljun); 3. Fiorentina (149,2); 4. Roma (126); 5. Como (125,9); 6. Inter (102); 7. Napoli (71,2); 8. Venezia (44,6); 9. Genoa (37,4); 10. Udinese (32,5); 11. Bologna (32,1); 12. Parma (32); 13. Frosinone (31,6); 14. Torino (31,4); 15. Atalanta (23,8); 16. Lazio (22,3); 17. Monza (18); 18. Sassuolo (13,5); 19. Lecce (9,5); 20. Cagliari (7,6). Imma skont Calcio e Finanza, l-impatt reali fuq il-bilanċ tal-istaġun 2026/27 fuq il-merkat tal-Milan hu defiċit ta’ €6,38 miljun biss! Għax veru li bħala dħul kien hemm biss ta’ Leao (€38 + bonus), imma ffrankaw fuq is-salarji u ammortamenti tal-plejers fejn iffrankaw €74,75 miljun, li jkopri kważi kompletament ta’ dawk ġodda, €81,13 miljun!
LEAO-MANIA. Rafa ġie akkwistat minn Galatasaray għal €38 miljun (mhux 45 kif issemma) + perċentwali ta’ 20% mis-somma li jinbiegħ aktar ’il quddiem. Operazzjoni li lill-Milan iġġenerat madwar €27,7 miljun bħala plusvalenza (skont l-ewwel xahrejn tal-bilanċ 2026/27) u jħalli madwar €10,5 miljun spejjeż tal-ġestjoni. Ħa naraw kif:
Valur nett kontabbli fit-30/06/2025: €16,818 miljun;
Ammortament annwali: €5,606 mln;
Valur nett fit-30/06/2026: €11,212 mln;
Valur li jifdal fit-30/08/2026: €10,278 mln;
Ħlas mingħand il-Galatasary: €38 mln;
Plusvalenza: €27,722 miljun.
Intant Leao kellu akkoljenza eċċezzjonali fit-Turkija - mal-500 tifoso fl-ajruport u mbagħad grawnd mimli wara l-partita vs Goztepe (3-2). Mhux biss, fi 3 ijiem, inbiegħu mal-50,000 flokk ġdid tal-Galatasaray bin-numru 27!!
MESSAĠĠ LILL-MILAN. Fl-1 ta’ Settembru, Leao ppubblika dan il-video/messaġġ lill-Milan: “Ciao tifosi Rossoneri, għamilt dan il-filmat biex nirringrazzja lil kulħadd. Għalija kien vjaġġ sabiħ ta’ 7 snin li jidhru aktar għax meta tkun magħkom ħassejtni mill-ewwel f’dari, anke l-familja tiegħi. Ovvjament dejjem hemm l-emozzjoni, li tibqa’ tkun hemm dejjem, però nħalli l-Milan bi tbissima għax irnexxieli nilgħab, u nuri l-aħjar verżjoni tiegħi bi tbissima, u għalhekk grazzi mill-qalb lil kulħadd. Dan mhux addio, għax jien wieħed minnkom, u se nsegwi l-Milan kullimkien. Issa jien tifoso minn barra, imma ċertament il-mumenti l-aktar sbieħ se jibqgħu għal dejjem f’qalbi. Għalhekk grazzi verament lil kulħadd, u Forza Milan sempre”!
MOREIRA. Fit-3 ta’ Settembru, Diego kien ippreżentat lill-istampa u lit-tifosi fil-Milan Flagship Store f’Via Dante. U malli tfaċċa fit-tieqa tefa’ flokk iffirmat minnu lill-folla sabiħa preżenti, u mbagħad niżel jieħu xi ritratti u jiffirma xi awtografi.

Il-partita li jmiss: Lazio-Milan, tas-Serie A, nhar is-Sibt 12 ta’ Settembru, fis-18:00... vs eks ieħor, Gattuso, kowċ Lazjali!

Ritratti (fuq): il-gowl ta’ Cisse fid-69’, u ż-żewġ kuntatti diversi mumenti qabel b’Mariani jħalli għaddej - almenu kien uniformi; (nofs): Gatti jippareġġja għall-Juventus fid-92’, u l-omaġġ lil Capitan Baresi mill-Curva Juventina; (taħt): 3 ta’ Settembru - Amorim u Tomori jieħdu b’idejn xulxin f’Milanello, u Moreira fil-Milan Flagship Store.

Kwalunkwe opinjoni espressa minni mhux bilfors hi l-istess tal-Milan Club Malta 1979.

FT.
06/09/2026

FT.

06/09/2026

Half Time
Juve vs Milan

HT.
06/09/2026

HT.

Address

Il-Hamrun

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Milan Club Malta 1979 posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share